Laqgħat Adoloxxenti u Żgħażagħ

Kull sena, l-parrocca torganizza numru ta’ laqghat ta’ formazzjoni ghal-adoloxxenti u z-żgħażagħ. Sfortunatament, qed tidhol fin fin ċertu mentalita’ li wara li ssir l-grizma ta’ l-isqof, tispiċċa d-duttrina, u la spiċċat id-duttrina, m’ għandniex għalfejn nattendu ghal iktar laqgħat.
Pero’ r-realta’ mhix hekk: anzi, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar hemm bżonn ta’ laqgħat ta’ formazzjoni. Permezz ta’ dawn il-laqgħat, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ jsaħħu iktar fit-tagħrif fuq il-kelma t’ Alla, u jsiru iktar sħaħ fil-fidi. Illum l-ġurnata, fejn it-tagħlim żbaljat forsi jagħmel iktar ħoss, li jkollok pediment sod fil-fidi tiegħek hi essenzjali.
Barra min hekk, permezz ta’ dawn il-laqgħat, l-adoloxxenti u z-zghazagh jsiru jafu iktar lil xulxin, u jieħdu pjaċir flimkien. Apparti l-laqghat ta’ formazzjoni, matul dawn is-snin, ġew organiżżati diversi attivitajiet bħal: get togethers, live-ins, treasure hunt, diversi hargiet, kif ukoll ŻgħażagħFest-attivita’ li issir kull sena fil-ġimgħa tal-festa.

Illum kulħadd jitkellem fuq life long learning; nagħmlu korsijiet fuq korsijiet biex nkabbru it-tagħrif tagħna fuq miljun suggett. It-tagħlim fuq Kristu biss mhux life long?! Ejjew ma nitilfux din l-opportunita’ li dejjem nsiru nafu lil Kristu, ħalli nkunu nistgħu nwassluh lill-oħrajn.