Koppji Żgħar

Biex tkompli tgħin lil koppji anke wara li jiżżewġu, il-parroċċa tagħna, bl-għajnuna tad-Djoċesi, ħejjiet ukoll numru ta’ laqgħat għal miżżewġin. Il-Mixja Familji Flimkien – hi kontinwazzjoni tal-kors tal-għarajjes.  Il-Knisja tibqa’ tissapportja lil koppja tul il-mixja twila taż-żwieġ, konvinta li din mhix nieqsa minn ostakli, li però bl-għajnuna jistgħu jintgħelbu.

Il-kors tal-għarajjes tista’ tqabblu ma’ bħal meta tibda titgħallem il-karozza u tgħaddi mit-test tat-teorija.  B’daqshekk ma tgħallimtx issuq il-karozza imma trid lezzjonijiet ohra biex tibda issuq.  Il-Mixja Familji Flimkien hi ntiża biex tgħin lil koppji speċjalment fl-ewwel snin tal-ħajja miżżewġa fl-esperjenzi ġodda speċjalment bit-tkabbir tal-familja permezz tal-ulied.

Georgette Bezzina 

“Dak li għaqqad Alla, m’għandux jifirdu l-bniedem”
(Mk10,9)

 Il-laqgħat tal-koppji żgħar huma mmexxija mill-Kappillan Dun Michael Said, bil-għajnuna ta’ Tony & Georgette Bezzina u George Muscat.  Il-laqgħat isiru kull tielet ġimgħa tax-xahar fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokjali, bejn Ottubru u Mejju.