Katekeżi Sagramentali

Darbtejn fil-ġimgħa, it-tfal tal-parroċċa tagħna jiltaqgħu għall-klassijiet tad-Duttrina fiċ-Ċentru Parrokkjali.  Id-Duttrina tgħin lil dawn it-tfal biex iħossuhom aktar parti mill-Parroċċa, speċjalment fil-ħajja nisranija.  Barra minn hekk, id-Duttrina tgħin biex tħejji lil dawn it-tfal biex jirċievu  s-Sagramenti.

Fil-parroċċa tagħna nsibu ħames klassijiet tad-Duttrina, kollha mmexxija minn katekisti mill-parroċċa tagħna stess, li jagħmlu minn kollox biex iwasslu tagħlim xieraq lit-tfal tagħna.  Il-ġranet tal-katekiżmu huma t-Tlieta u l-Hamis mill-4.30pm sal-5.30pm għat-tfal mit-Tieni Sena Primarja sal-Ewwel Sena Sekondarja. Dawk tal-Preparatorja (l-Ewwel Sena Primarja) ikollhom nhar ta’ Tlieta biss fl-istess ħin.  Ġeneralment fil-ġranet li fl-iskejjel tal-Istat ma jkollhomx skola, fil-parroċċa ma ssirx Duttrina.

“Ħallu t-tfal iż-żgħar jiġu għandi,
għax tagħhom u ta’ min hu bħalhom
hija s-Saltna tas-Smewwiet”
(Lq18,16)

 Jeannine Marie Sammut