Żjara fil-Belt Eterna

Mimlija b’enerġija u entużjażmu grupp ta’ 16-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna akkumpanjati mill-Kappillan Dun Michael Said waslu Ruma nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru.
Il-programm kien mimli daqs bajda – biżejjed wieħed isemmi li fl-ewwel ġurnata qaddisna f’waħda mill-Kappelli tal-Vatikan, tlajna fuq il-Koppla, żorna l-Musew tal-Vatikan sal-famuża Kappella Sistina, morna l-Bażiliċi ta’ Santa Croce, San Giovanni in Laterano u Santa Maria Maggiore kif ukoll tlajna la Scala Santa. U biex ngħalqu l-ġurnata x’hemm isbaħ minn ikla bnina ta’ għaġin u pizza Taljana ma’ ġelat mill-aqwa minn Pjazza Novona!
Iż-żjara fil-Park Rainbow Magic Land bl-attrazzjonijiet kollha sfidi tiegħu niżlet sew mal-ispirtu zagħżugħ. Il-mixja mill-Colosseum matul il-fori imperiali sal-Monumento della Patria fi Pjazza Venezia u l-Campi d’Oglio kienu t-tappi prinċipali tat-tieni jum. Kien jonqos issa ħarġa l-barra minn Ruma – u fejn jekk mhux fil-belt tal-Qaddis tal-paċi f’Assisi. Lanqas ix-xita bil-qliel ma qatgħet qalb iż-zgħażagħ tagħna.
L-aħħar jum, kif kien xieraq, kien iddedikat lil San Pawl b’żewġ żjajjar fit-Tre Fontane il-post tal-Martirju ta’ San Pawl u l-bażilika ta’ San Paolo fuor le Mure.
Ftit shopping, ikel tajjeb, xi trampa żgħira u daħk ma jaqta xejn komplew ħawru din il-mawra mill-aqwa.

WRITTEN BY: Michael Said

No comments yet.

Leave a reply

Reset all fields