Mawra f’Londra

Wara ġimgħat twal ta’ tħejjija waslet fl-aħħar il-ġurnata tant mixtieqa meta grupp ta’ 24 persuna mmexxija mill-Kappillan Dun Michael Said telaq lejn il-Belt Kapitali Ingliża. Nistgħu ngħidu li f’dawn l-erbgħat ijiem irnexxielna ngħixu l-faxxinu ta’ Londra. Il-programm kien imżewwaq – żorna l-attrazzjonijiet turisitiċi l-iktar magħrufa – il-bini majestuż tal-Big Ben u l-Houses of Parliament, id-dawra stupenda fuq il-London Eye, il-meravilji tal-baħar fis-Sea Life London Aquarium u ma setax jonqos il-personalitajiet mid-dinja tal-ispettaklu, tal-isports, tal-kultura u tal-politika fil-Muzew tax-Xema ta’ Madame Tussaud. Assistejna għaċ-ċerimonja famuża tac-changing of the guards quddiem il-palazz irajli ta’ Buckingham u żorna t-Torri spettakolari ta’ Londra. Ma setgħetx tonqos żjara lil Kattidral Anglikan ta’ San Pawl u Quddiesa tal-Ħadd fil-Kattidral Kattoliku ta’ Westminster. Il-pakkett kien jinkludi wkoll ħinjiet tas-shoping fl-istores imsemmija ta’ Oxford Street u fiċ-Ċentru ta’ Westfields. In-natura inkantevoli ta’ Leeds Castle u l-musical The Lion King fil-Lyceum Theatre għamlu din iż-żjara f’Londra esperjenza indimentikabbli għall-kbar u ż-żgħar; imħawwra kuljum b’doża ta’ umoriżmu u ikel tipiku Ingliż.

WRITTEN BY: Michael Said

No comments yet.

Leave a reply

Reset all fields