Live-Stream

Pontifikal – Quddiesa 10 ta’ Frar

Il-proġett tal-qniepen

Issa għall-grazzja t’ Alla tħallas il-kampnar ser tkompli l-iskema ta’ ġbir fix-xahar biex nwettqu l-proġetti msemmija ta’ l-arloġġ u l-qniepen bl-elettriku. għalhekk jeħtieġ li nagħmlu sforz flimkien bill jitħajru xi donaturi ohra. Grazzi mill-qalb

Żjajjar fil-Munxar minn gruppi ta’ żagħżagħ Maltin

Matul dan is-sajf kellna diversi gruppi taż-żagħżagħ Maltin li ġew jagħmlu esperjenza ta’ live-in ġewwa l-parroċċa tagħna. Filfatt l-Ħadd li għadda kellna fostna lil Fr.Stephen bil-grupp taż-żagħżagħ ta’ Marsascala. Nirringrazzjaw lil dawn il-gruppi talli għażlu li jagħmlu l-esperjenza tagħhom ġewwa l-Munxar.

Żjara fil-Belt Eterna

Mimlija b’enerġija u entużjażmu grupp ta’ 16-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna akkumpanjati mill-Kappillan Dun Michael Said waslu Ruma nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru. Il-programm kien mimli daqs bajda – biżejjed wieħed isemmi li fl-ewwel ġurnata qaddisna f’waħda mill-Kappelli tal-Vatikan, tlajna fuq il-Koppla, żorna l-Musew tal-Vatikan sal-famuża Kappella Sistina, morna l-Bażiliċi ta’ Santa Croce, San Giovanni in Laterano u Santa Maria Maggiore kif ukoll tlajna la Scala Santa. U biex…Aktar

Mawra f’Londra

Wara ġimgħat twal ta’ tħejjija waslet fl-aħħar il-ġurnata tant mixtieqa meta grupp ta’ 24 persuna mmexxija mill-Kappillan Dun Michael Said telaq lejn il-Belt Kapitali Ingliża. Nistgħu ngħidu li f’dawn l-erbgħat ijiem irnexxielna ngħixu l-faxxinu ta’ Londra. Il-programm kien imżewwaq – żorna l-attrazzjonijiet turisitiċi l-iktar magħrufa – il-bini majestuż tal-Big Ben u l-Houses of Parliament, id-dawra stupenda fuq il-London Eye, il-meravilji tal-baħar fis-Sea Life London Aquarium u ma setax jonqos il-personalitajiet…Aktar

Nillegaw il-Bullettini

Beda l-proċess tal-illegar tal-Bullettini. L-ispiża għal kull volum ser tkun 15 euros. min jixtieq jagħmel xi donazzjoni f’ dan ir-rigward, jitniżżel ismu fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-qoxra bħala sens ta’ gratitudni u rikonnoximent għall-għotja tiegħu jew tagħha.

Jitħallas il-kampnar

Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex jitħallas il-kampnar. Dan juri li meta kulħadd jaghti is-sehem tieghu naslu biex nwettqu proġetti tant utli għall-parroċċa. Issa li għall-grazzja t’ Alla tħallas il-Kampnar, ser tkompli l-iskema ta’ ġbir fix-xahar biex inwettqu l-proġetti l-ohra: -l-arloġġi -qniepen bl-elettriku Għalhekk jeħtieġ li nagħmlu l-ahhar sforz flimkien bill jitħajjru xi donaturi oħra, u nfakkru lil dawk li huma miktubin biex ma jinsewx id-donazzjoni tagħhom ta’…Aktar

Merħba f’din il-Website

Illum 23 t’Awwissu ġiet mtellgħa l-website l-ġdida tal-parroċċa. Fiha se tkunu tistgħu ssibu kull informazzjoni relatat mal-parroċċa.